It-taxxa
Definizzjoni u tipi
- it-taxxa fuq l-introjtu: dan huwa perċentwal tal-qligħ individwali mogħti lill-gvern;
- it-taxxa fuq il-konsum: huwa l-VAT (Taxxa fuq il-Valur Miżjud) u d-dazji tas-sisa fuq it-tabakk, l-alkoħol, prodotti tal-enerġija u xi oġġetti speċifiċi, bħall-kafè fil-Ġermanja;
- it-taxxa fuq il-proprjetà: hija bbażata fuq il-valur tal-assi tal-art u tal-proprjetà;
- it-tariffi/dazji doganali: taxxa fuq oġġetti importati maħsuba biex jappoġġaw lin-negozji nazzjonali;
- is-sisa: taxxa indiretta fuq il-bejgħ ta' oġġetti partikolari;
- it-taxxa ambjentali huwa kost addizzjonali miżjud mal-prezz tal-użu ta' prodotti jew attivitajiet niġġiesa, li jiskoraġġixxi l-konsum u l-produzzjoni tagħhom;
- il-gwadanji kapitali (tip ta' taxxa imposta fuq il-gwadanji kapitali, profitti li jibbenefikaw minnhom l-investituri meta persuna tbigħ assi kapitali għal prezz li huwa ogħla mill-prezz tax-xiri);
- it-taxxa fuq il-wirt: hija taxxa mħallsa fuq il-flus jew il-proprjetà li persuna tiret minn persuna oħra wara li t-tieni persuna tmut.
Il-pajjiż fejn inti resident għal skopijiet ta' taxxa jista' jintaxxa l-introjtu globali totali tiegħek, li qlajt jew li ma qlajtx. Dan jinkludi l-pagi, il-pensjonijiet, il-benefiċċji, id-dħul mill-proprjetà jew minn kwalunkwe sorsi oħra, jew gwadanji kapitali mill-bejgħ ta' proprjetà.
Kull pajjiż għandu d-definizzjoni tiegħu ta' residenza tat-taxxa:
Il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa
intenzjonalment jipprovdi informazzjoni falza f'dikjarazzjoni tat-taxxa, jew iħallas inqas mill-ammont sħiħ;
jaħżen il-flus f'kontijiet bankarji barranin mingħajr ma jirrapporta dwarhom jew iħallas taxxi fuqhom;
iwettaq "ippjanar aggressiv tat-taxxa" billi jisfrutta l-limiti tal-liġi biex inaqqas il-kontijiet tat-taxxa.
X'inhuma l-konsegwenzi?
Il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jillimitaw il-kapaċità li pajjiż jiġbor il-flus u jimplimenta politiki ekonomiċi u soċjali. Dan jista' jfisser tnaqqis fil-finanzjament għal servizzi pubbliċi bħall-kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni.
Il-gvern tiegħi u l-UE
min jagħmel xiex?Ir-responsabbiltà għall-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa hija tal-pajjiżi individwali. Madankollu, f'dinja dejjem aktar globalizzata, l-UE tipprovdi qafas u appoġġ biex jiġu indirizzati kwistjonijiet transfruntiera tat-taxxa. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali, pereżempju.
Skopri kif l-UE tiġġieled kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.
"Frodi tat-Taxxa u Evażjoni tat-Taxxa: Il-parti nieqsa": ara l-vidjo.
Il-kontrafazzjoni
Tgħallem kif tevita li tixtri prodotti foloz
Id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (DPI) jiżguraw li l-isforzi kreattivi u inventivi huma ppremjati u li investimenti fi prodotti ġodda u aktar effiċjenti jiġu mħeġġa. Dawn jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien tal-lum.
Il-ksur tad-DPI huwa dannuż minħabba li jnaqqas id-dħul tan-negozji u tal-gvern, joħnoq l-investiment u l-innovazzjoni u jxekkel it-tkabbir ekonomiku. Dawn jirriżultaw f'telf tal-impjieg u f'nuqqas ta' ħolqien ta' ġid (Prodott Domestiku Gross jew PDG). Barra minn hekk, oġġetti li jiksru d-DPI għandhom ir-riskju li jkunu ta' dannu għall-konsumaturi, minħabba li huma inqas probabbli li jikkonformaw mal-istandards tas-saħħa u s-sikurezza.
Gwida online biex tidentifika l-oġġetti foloz..
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE huma minn ta' quddiem biex jipprevjenu li oġġetti li jiksru d-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (DPI) jidħlu fis-suq tal-UE. Skopri aktar dwar il-qafas leġiżlattiv tal-UE.
"Il-prezz reali tal-oġġetti foloz": ara l-vidjo.
fondazzjonijiet,
donazzjonijiet għall-karità
F'xi pajjiżi, meta tagħti flus lil organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), fondazzjonijiet jew organizzazzjonijiet għall-karità – minn dawk li jiffinanzjaw ir-riċerka medika sa dawk li jagħmlu l-manutenzjoni fuq bini ta' patrimonju – tista' tikseb ħelsien mit-taxxa.
Il-Belġju u r-Rumanija huma fost il-pajjiżi fejn tista' ssemmi donazzjonijiet ta' karità fuq id-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħek fi tmiem is-sena. Xi ftit minn dak li tagħti jiġi rimborżat lilek (dment li tkun tajt donazzjoni lil karità rreġistrata).