Skip to main content
TAXEDU

About TAXEDU

Dwar xiex inhu dan is-sit web?

L-isem ta' dan il-portal – TAXEDU – huwa derivat mill-kliem "Taxxa" u "Edukazzjoni".

TAXEDU huwa proġett pilota tal-Unjoni Ewropea. L-għan tiegħu huwa li jeduka liċ-ċittadini żgħar dwar it-taxxa u dwar kif din taffettwalhom ħajjithom.

Il-portal huwa mmirat għal tliet gruppi ta' età b'informazzjoni mfassla apposta:

  • It-tfal: spjegazzjoni ta' x'inhuma t-taxxi u l-benefiċċji li jesperjenza kulħadd ta' kuljum. Din it-taqsima tinkludi xi fatti sorprendenti u divertenti dwar it-taxxi mill-Ewropa kollha sabiex it-tagħlim ikun divertenti. Il-lingwaġġ huwa sempliċi u aċċessibbli.
  • Iż-żgħażagħ: deskrizzjoni ta' x'inhuma t-taxxi u l-benefiċċji għall-ħajja ta' kuljum. Din it-taqsima tinkludi aktar dettalji minn dik maħsuba għat-tfal, kif ukoll eżempji konkreti li jaqblu mal-interessi taż-żgħażagħ (l-iddawnlowdjar tal-mużika, ix-xiri online, eċċ.).
  • L-adulti żgħażagħ: informazzjoni rilevanti għal din il-fażi partikolari tal-ħajja, hekk kif iż-żgħażagħ jagħmlu t-tranżizzjoni lejn il-ħajja adulta (jekk għandhomx bżonn iħallsu taxxa meta jibdew l-università, meta jibdew in-negozju tagħhom, meta jaħdmu f'pajjiż ieħor, eċċ.).

L-informazzjoni titwassal permezz ta' logħob, materjal tal-e-Apprenidiment u filmati qosra għall-mikrotagħlim sabiex iż-żgħażagħ Ewropej ikunu jistgħu jitgħallmu dwar it-taxxa fil-forom differenti tagħha, u l-kwistjonijiet marbuta magħha (frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa, eċċ.) b'mod divertenti u interattiv.

Ir-rokna tal-għalliema toffri riżorsi, pariri u informazzjoni rigward it-tagħlim dwar it-taxxa.

Objettivi tas-sit web?

L-objettivi tal-portal web ta' TAXEDU huma li:

  • jikkontribwixxi għall-edukazzjoni fiskali taċ-ċittadini żgħar Ewropej;
  • inaqqas l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi madwar l-Ewropa, permezz ta' informazzjoni u edukazzjoni aħjar f'dan il-qasam;
  • jipprovdi liċ-ċittadini Ewropej b'informazzjoni dwar is-servizzi u l-faċilitajiet li jsiru possibbli permezz tat-taxxa (edukazzjoni, kura tas-saħħa, eċċ.).

Min aħna?

Fil-bidu, il-proġett kien immexxi mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali), filwaqt li pparteċipaw ukoll amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali. L-ewwel u qabel kollox, l-Ewropej żgħar ġew ikkonsultati matul il-ħolqien ta' dan is-sit web u pprovdew feedback dwar il-kontenut tat-tagħlim tiegħu. Il-proġett irnexxielu jipprovdi firxa wiesgħa ta' materjal edukattiv dwar appoġġi differenti, ħoloq network ta' promoturi u wettaq kampanja ta' komunikazzjoni ta' suċċess li ħolqot diversi materjali informattivi biex jiġi ffaċilitat l-użu nazzjonali. Ladarba l-proġett sar pubbliku, il-manutenzjoni ta' dan is-sit, il-materjal edukattiv, u l-kampanji ta' komunikazzjoni kontinwi huma appoġġati dejjem aktar minn DG TAXUD u mill-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa Nazzjonali permezz ta' persuni ta' kuntatt innominati.

Kif tista' tikkuntattjana?

Għal mistoqsijiet dwar kontenut u relatati mal-UE, suġġerimenti relatati mas-sit, ilmenti jew kwalunkwe mistoqsija oħra jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea, DG TAXUD fuq taxedu@b-train3.eu.
Għal mistoqsijiet relatati ma' kontenut nazzjonali, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Lista ta' Kuntatti tal-Awtoritajiet tat-TAXXA.
 

Billi tagħfas fuq il-links għad-dawnlowdjar tista' ssib: