Jekk qed tixtri oġġetti online minn pajjiż ieħor, jaf ikollok tħallas id-dazju doganali, skont minn fejn jintbagħtu l-oġġetti.
Id-dazji doganali ma humiex imposti fuq oġġetti li jiġu mill-Unjoni Ewropea. Jekk tixtri prodott minn pajjiż barra mill-UE, effettivament issir importatur. Dan ifisser li trid tħallas id-dazju u d-dazju tas-sisa kif ukoll il-pagamenti tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT).
Id-Dazju Doganali huwa taxxa imposta fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta' oġġetti.
Il-pajjiżi barra mill-UE huma l-pajjiżi kollha minbarra l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja