X'tip ta' taxxi jeżistu?
Skop:
L-istudenti għandhom jifhmu t-tipi ewlenin ta' taxxi fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea.
Objettivi:
• Identifika u ifhem it-tipi ta' taxxi ewlenin fis-seħħ fl-Istati Membri.
• Ifhem id-differenzi bejn it-taxxi diretti u indiretti.
• Spjega l-ħtieġa ta' tassazzjoni tal-attivitajiet tal-individwi u tal-kumpaniji.
• Identifika f'liema kategorija kull wieħed mill-eżempji ppreżentati joqgħod bl-aħjar mod.
Il-kontenut ta' dan il-kors ta' taħriġ:
- huwa ta' natura ġenerali biss u mhuwiex maħsub biex jindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
- ma jipprovdix pariri professjonali jew legali;
- huwa validu mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Ir-rati tal-VAT aġġornati jistgħu jiġu kkonsultati fuq EUROPA.
Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.
Materjali:
• Mikrofilmat “X'tip ta' taxxi jeżistu?”
• Whiteboard interattiva (jew projjettur LCD)
Vokabolarju:
taxxi, taxxi diretti u indiretti, taxxi korporattivi, dazju tas-sisa, VAT