In-negozji jħallsu t-taxxa?
Skop:
L-istudenti għandhom jifhmu għalfejn negozju għandu jħallas it-taxxi u kif dawn jikkontribwixxu għall-benessri tas-Soċjetà.
Objettivi:
• Identifika u ifhem fejn imorru l-flus imħallsa fit-taxxi min-negozji u x'jiġri minn dawk il-flus minn hemm 'il quddiem.
• Ifhem il-benefiċċji li jieħdu l-impjegati minħabba t-taxxi mħallsa minn min iħaddimhom.
Il-kontenut ta' dan il-kors ta' taħriġ:
- huwa ta' natura ġenerali biss u mhuwiex maħsub biex jindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
- ma jipprovdix pariri professjonali jew legali;
- huwa validu mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Ir-rati tal-VAT aġġornati jistgħu jiġu kkonsultati fuq EUROPA.
Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.
Materjali:
• Mikrofilmat “In-negozji jħallsu t-taxxi?”
• Whiteboard interattiva (jew projjettur LCD)
Vokabolarju:
taxxi, negozju, Baġit Statali, servizzi pubbliċi