Body
X’inhi ‘frodi tat-taxxa’?
Meta persuni jew negozji jippruvaw apposta jaħbu l-flus tagħhom biex jevitaw li jħallsu t-taxxa, dan jissejjaħ ‘frodi tat-taxxa’.
X’inhi ‘evażjoni tat-taxxa’?
Meta persuni jqarrqu biex iħallsu inqas taxxa, dan jissejjaħ ‘evażjoni tat-taxxa’.
It-telf totali huwa stmat li jilħaq sa €1 triljun fis-sena fl-UE!
(b’dan il-flus tista’ tixtri 40,000,000 karozza)
Il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jillimitaw il-kapaċità ta’ pajjiż li jiġbor flus u jimplimenta politiki ekonomiċi u soċjali. Dan jista’ jfisser tnaqqis fil-finanzjament għal servizzi pubbliċi bħas-saħħa jew l-edukazzjoni, u ekonomija aktar bil-mod.
Malti