Skip to main content
TAXEDU

Liema suġġetti jkopru l-filmati qosra għall-mikrotagħlim?

  • It-taxxa x'inhi?
  • Kif bdew it-taxxi?
  • Min iħallas it-taxxa llum?
  • Min jiġbor it-taxxi u għalfejn?
  • Min jibbenefika mit-taxxi u kif?
  • Il-konsegwenzi tal-evitar tal-ħlas tat-taxxi
  • X'tipi ta' taxxi jeżistu?
  • In-negozji jħallsu t-taxxa?
  • Kif inhu taxxabbli l-introjtu?
  • It-taxxi jistgħu jipproteġu l-ambjent?
  • X'inhi t-taxxa fuq il-valur miżjud?
  • Ta' min hu l-kompitu tad-dazju doganali?

X'inhuma l-korsijiet tal-e-Apprendiment?

L-"e-Apprendiment" hija taqsira għal "apprendiment elettroniku", u dan ifisser li jintuża kompjuter biex issir parti minn kors jew kors sħiħ – kemm jekk ġewwa skola, bħala parti mit-taħriġ obbligatorju tiegħek, jew kors ta' apprendiment mill-bogħod sħiħ. Il-korsijiet tal-e-Apprendiment huma disponibbli 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa, u jagħtu responsabbiltà sħiħa lill-individwu għall-istudju u biex jiddeċiedi/tiddeċiedi l-pass tiegħu/tagħha. Il-benefiċċji tal-użu tal-e-Apprendiment huma li l-istudent:

  • jista' jitgħallem minn kwalunkwe post;
  • għandu bżonn biss apparat elettroniku u aċċess għall-internet;
  • jillimita l-kostijiet tal-ivvjaġġar;
  • jiffranka l-ħin;
  • jista' jagħżel dak li huwa verament importanti;
  • jista' jieħu taħriġ flessibbli;
  • jibbenefika minn elementi ta' logħob, ta' awdjo u ta' vidjo.

Filmati qosra għall-Mikrotagħlim – dan x'ikun?

Il-Mikrotagħlim huwa approċċ edukattiv maħsub biex jibni drawwiet ta' suċċess b'passi żgħar. Il-benefiċċju tat-tagħlim bl-użu ta' dawn il-filmati qosra huma:

  • li jkollok l-għażla li titgħallem int u tivvjaġġa;
  • jistgħu jiġu prodotti malajr biżżejjed biex jirreaġixxu għal ambjent tax-xogħol li qed jinbidel;
  • jirrikjedu ftit sforz f'sessjonijiet individwali;
  • jipprovdu informazzjoni ffokata u preċiża;
  • is-suġġetti huma limitati u aċċessibbli.

Dan is-sit web jgħodd għalija?

Il-portal huwa mmirat għal tliet gruppi ta' età b'informazzjoni mfassla apposta:

  • It-tfal: spjegazzjoni ta' x'inhuma t-taxxi u l-benefiċċji li jesperjenza kulħadd ta' kuljum. Din it-taqsima tinkludi xi fatti sorprendenti u divertenti dwar it-taxxi mill-Ewropa kollha sabiex it-tagħlim ikun divertenti. Il-lingwaġġ huwa sempliċi u aċċessibbli.
  • Iż-żgħażagħ: deskrizzjoni ta' x'inhuma t-taxxi u l-benefiċċji għall-ħajja ta' kuljum. Din it-taqsima tipprovdi aktar dettall minn dik maħsuba għat-tfal, kif ukoll eżempji konkreti li jaqblu mal-interessi taż-żgħażagħ (l-iddawnlowdjar tal-mużika, ix-xiri online, eċċ.).
  • L-adulti żgħażagħ: informazzjoni rilevanti għal dan l-istadju partikolari tal-ħajja. Iż-żgħażagħ li qed jagħmlu t-tranżizzjoni lejn il-ħajja adulta jeħtieġ li jkunu jafu jekk għandhomx iħallsu t-taxxa meta jibdew l-università, u kif għandhom jittrattaw kwistjonijiet ta' taxxa jekk jiftħu n-negozju tagħhom, jekk jaħdmu f'pajjiż ieħor, eċċ.).

Għalfejn hemm bżonn dan is-sit web?

Is-sit web ta' TAXEDU għandu l-għan li jinforma lill-Ewropej ċkejknin dwar it-tassazzjoni u dwar kif din taffettwalhom ħajjithom issa u fil-futur.

Young What is tax? mt

It-taxxa

 

Definizzjoni u tipi

It-taxxi jieħdu diversi forom, iżda kollha jikkorrispondu għall-flus miġbura mill-gvern. Dawn il-flus imbagħad jintużaw biex jiffinanzjaw faċilitajiet jew servizzi speċifiċi bħal sptarijiet, skejjel, mużewijiet, libreriji, eċċ.
Subscribe to