X'jiġri jekk ma tħallasx it-taxxi tiegħek
Skop:
L-istudenti għandhom jifhmu x'inhuma l-iżvantaġġi u l-konsegwenzi ta' meta ma tħallasx it-taxxi.
Objettivi:
• Identifika u ifhem il-kunċett ta' "Ekonomija Sewda"
• Spjega x'jirrappreżentaw l-oġġetti kontrafatti u għalfejn jagħmlu ħsara lill-Ekonomija.
• Spjega għalfejn l-evażjoni tat-taxxa tista' twassal għal konsegwenzi mhux mixtieqa mhux biss għall-persuni li jevadu t-taxxi, iżda wkoll għall-persuni involuti fl-attivitajiet tagħhom.
• Iddibatti fuq kif il-persuni jistgħu jgħinu biex jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa.
Il-kontenut ta' dan il-kors ta' taħriġ:
- huwa ta' natura ġenerali biss u mhuwiex maħsub biex jindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
- ma jipprovdix pariri professjonali jew legali;
- huwa validu mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Ir-rati tal-VAT aġġornati jistgħu jiġu kkonsultati fuq EUROPA.
Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.
Materjali:
• Vidjo qasir “X'jiġri jekk ma tħallasx it-taxxi tiegħek”
• Whiteboard interattiva (jew projjettur LCD)
Vokabolarju:
taxxi, ekonomija sewda, evażjoni tat-taxxa, qligħ