L-"e-Apprendiment" hija taqsira għal "apprendiment elettroniku", u dan ifisser li jintuża kompjuter biex issir parti minn kors jew kors sħiħ – kemm jekk ġewwa skola, bħala parti mit-taħriġ obbligatorju tiegħek, jew kors ta' apprendiment mill-bogħod sħiħ. Il-korsijiet tal-e-Apprendiment huma disponibbli 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa, u jagħtu responsabbiltà sħiħa lill-individwu għall-istudju u biex jiddeċiedi/tiddeċiedi l-pass tiegħu/tagħha. Il-benefiċċji tal-użu tal-e-Apprendiment huma li l-istudent:
- jista' jitgħallem minn kwalunkwe post;
- għandu bżonn biss apparat elettroniku u aċċess għall-internet;
- jillimita l-kostijiet tal-ivvjaġġar;
- jiffranka l-ħin;
- jista' jagħżel dak li huwa verament importanti;
- jista' jieħu taħriġ flessibbli;
- jibbenefika minn elementi ta' logħob, ta' awdjo u ta' vidjo.