X'inhuma d-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali u l-kontrafazzjoni?
Tina tixtieq tixtri l-album il-ġdid ta' Lady Lala.
X'parir ittiha?
- Mur sal-ħanut u ixtri l-album;
- Niżżlu minn pjattaforma għad-dawnlowdjar legali;
- Mur fuq is-sit web bis-sens fejn il-mużika kollha hija b'xejn li qaltlek ħabibtek dwaru;
- Tiddawnlowdjax l-album. Tina għandha tisimgħu minn fuq pjattaforma tal-istreaming legali.
Jekk wiġibt ‘1’, ‘2’ jew ‘4’, tista' tkun ċert/a li Lady Lala se tibbenefika mill-għażla ta' Tina.
Jekk irrispondejt ‘3’, x'aktarx li s-sit web għamel il-mużika ta' Lady Lala disponibbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha.
Tina tixtieq tixtri l-kuffja ta' "Lady Lala" l-ġdida u T-shirt.
X'parir ittiha?
- Mur fuq is-sit web ta' "Lady Lala" u ixtri l-prodotti;
- Ixtrihom minn posta tas-suq li qallek biha sieħbek David; il-prezz huwa straordinarjament baxx!;
- Mur il-kunċert ta' Lady Lala xahrejn oħra u ixtri l-prodotti minn hemm.
Jekk irrispondejt ‘1’ jew ‘3’, tista' tkun ċert/a li Lady Lala se tibbenefika mill-għażla ta' Tina.
Jekk irrispondejt ‘2’, x'aktarx li t-T-shirt u l-kuffja rħisa mis-suq huma foloz.
Allura... fil-qosor, x'inhu prodott kontrafatt?
Prodott li jimita prodott ieħor oriġinali (pereżempju żarbun tal-isport) u mbagħad jinbiegħ bħala prodott kontrafatt. Dan ma jirrigwardax biss il-ħwejjeġ – il-mużika, is-software, il-mediċini, il-parts tal-karozzi u tal-ajruplani, il-ġugarelli, l-elettronika, eċċ. ukoll jistgħu jkunu foloz.
...u xi ngħidu għad-DPI?
Minħabba li Lady Lala tagħmel l-albums tagħha, il-mużika hija meqjusa "tagħha". Dan huwa dak li nsejħu "Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali".