Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea
Kemm il-ġbir tat-taxxi kif ukoll il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa huma r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali tiegħek.
Ir-rwol tal-UE huwa li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-politiki tat-taxxa li ġew deċiżi mill-gvern tiegħek. Fl-istess ħin, l-UE hija wkoll attiva f'oqsma bħall-ġustizzja fit-taxxa fost in-negozji, u l-VAT.