Skip to main content
TAXEDU

Teenager Facts and figures from around the EU mt

Fatti u ċifri minn madwar l-UE

  •  
  •  
  •  
  • Fl-2015, id-dħul mit-taxxa (inklużi l-kontribuzzjonijiet soċjali) fil-pajjiżi tal-UE kien ta' 40 % tal-Prodott Domestiku Gross, u ammonta għal madwar 89 % tad-dħul totali tal-gvern.
  • Fl-Ewropa l-proporzjon tad-dħul mit-taxxa għall-PDG fl-2015 kien l-ogħla fi Franza (47.9 % tal-PDG), fid-Danimarka (47.6 %) u fil-Belġju (47.5 %). L-inqas proporzjonijiet kienu fl-Irlanda (24.4 %), fir-Rumanija (28.0 %), fil-Bulgarija (29.0 %), fil-Litwanja (29.4 %), fil-Latvja (29.5 %) u fl-Iżvizzera (28.1 %).
  • Id-dħul mit-taxxa jvarja minn sena għal oħra. Ir-raġunijiet ewlenin huma bidliet fl-attività ekonomika (livelli ta' impjieg, bejgħ ta' oġġetti u servizzi, eċċ.) u fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa (rati tat-taxxa, il-bażi għat-taxxa, limiti, eżenzjonijiet, eċċ.). Dan għandu konsegwenzi għall-baġit tal-infiq tal-gvern.