Skip to main content
TAXEDU
Taxlandia

Ħu pjaċir tilgħab il-logħba ta' simulazzjoni edukattiva li tispjega u tippromwovi l-edukazzjoni dwar it-taxxa! Issa qiegħed ġewwa Taxlandia, stat Ewropew żgħir b'muntanji bellezza u lagi ċari blu. Taxlandia, destinazzjoni popolari mat-turisti fejn l-ekonomija kienet qed tiffjorixxi u pajjiż bi ftit taxxi, bħalissa qed tħabbat wiċċha ma' kriżi mingħajr preċedent. Diversi kumpaniji mexxew il-kwartieri ġenerali tagħhom, u t-turiżmu naqas. Is-sena l-oħra l-gvern ħabbar li kienet ippjanata żieda fit-taxxi bħala miżura waħda ta' reazzjoni għal din il-kriżi. Ftit wara, bdiet "ribelljoni tat-taxxa" mhux uffiċjali.
U issa, INT ġejt elett il-Prim Ministru l-ġdid ta' Taxlandia! Trid tibda tieħu deċiżjonijiet dwar it-taxxi, tieħu ħsieb liċ-ċittadini tiegħek, tibni infrastruttura ġdida u tappoġġa l-iżvilupp kontinwu tal-pajjiż. Ir-risq!

AZZJONI STRAORDINARJA
  • Ikseb punteġġ għoli hekk kif issolvi diversi missjonijiet
  • Salva l-bliet minn diżastri naturali u minn investiment ħażin
  • Ġib lura l-kuntentizza u l-benessri f'Taxlandia

Fil-proċess, ifhem il-mekkaniżmi tat-taxxa u l-mod kif din tinġabar.

LOGĦBA LI TISFIDA U TARRIKKIXXI
Din hija logħba edukattiva b' ħafna azzjoni, filmati 3D u karattri divertenti, iżda wkoll b'tutorial magħmul bir-reqqa li jgħin lill-player jagħmel l-aqwa deċiżjonijiet.
Madankollu, ir-riskju huwa parti min-negozju u l-premju għal xi investimenti intelliġenti jista' jkun kbir! Barra minn hekk, jista' jwassal għal protesta pubblika jekk ma jirnexxilekx. In-nies se jitolbu r-riżenja tiegħek!
Ingħaqad ma' eluf ta' studenti u entrati ġodda fis-suq tax-xogħol li jħobbu jitgħallmu dwar l-ekonomija u t-taxxi waqt li jilagħbu!
KISBIET
  • Iġġieled il-kriminalità u t-tniġġis f'pajjiżek billi tinvesti f'dipartimenti tal-pulizija ta' teknoloġija għolja, bini ta' amministrazzjoni intelliġenti u żoni ta' divertiment kbar fil-bliet
  • Tejjeb l-impjieg b'investimenti tajba u ssorvelja l-kuntentizza tan-nies tiegħek. Iżda oqgħod attent! Meta l-kuntentizza tagħhom tinżel, in-nies jibdew jirribellaw kontra l-awtoritajiet.
SUĠĠERIMENTI U PARIRI
  • Mhuwiex faċli li tkun Prim Ministru, b'hekk se jkollok gwida matul il-logħba
  • Ħafna suġġerimenti u spjegazzjonijiet, glossarju ta' termini faċli biex jinftiehem li tista' tuża wkoll fil-klassi
  • Tliet livelli ta' diffikultà, ibbażati fuq l-età: bejn id-9 snin-12-il sena, bejn it-13-17-il sena, bejn it-18-25 sena
PJATTAFORMI
  • Android 4.3+
  • iOS 6+
  • Windows 8+
  • HTML5
VERŻJONIJIET TAL-LINGWA
  • Ingliż
  • Rumen
  • Franċiż
  • Taljan
  • Kroat
  • Bulgaru
  • Estonjan
  • Olandiż
  • Ċek
  • Ġermaniż
  • Grieg
  • Ungeriż
  • Daniż
  • Latvjan
  • Litwan
  • Pollakk
  • Slovakk
  • Portugiż
  • Spanjol
  • Żvediż
  • Finlandiż
  • Sloven

Ara s-sit web tagħna: http://europa.eu/taxedu
IRRAPPORTA PROBLEMA
Biex tirrapporta problema jew għal suġġerimenti relatati mal-app TAXLANDIA, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi timla l-formola ta' kuntatt ta' hawn taħt.

Formola ta' kuntatt